Public consultation – IPPC permit for Poligas Limited for a chemical installation for the production of basic organic chemicals such as simple hydrocarbons (acetylene) (Our ref: IP 0001/09/B).

The ERA is currently processing the renewal of the IPPC permit for Poligas Limited for a chemical installation for the production of basic organic chemicals such as simple hydrocarbons (acetylene) (Our ref: IP 0001/09/B).

We shall be starting a public consultation phase on Saturday 19th June 2021 for a period of fifteen days.

An electronic version of all the relevant documents associated with this application shall also be available on the ERA website.

Inawgurazzjoni tal-Bandli f’ Misrah iz-Zghazagh

Diskors minn John Schembri waqt iċ-Ċerimonja tal-Ġurament ta’ Sindku tas-Seba’ Leġislatura tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa

Meta kont ħadt il-ġurament bħala Sindku tlett snin ilu kont għedtilkom li jien impenjat u determinat li naħdem flimkien ma’ sħabi l-kunsilliera kollha madwar din il-mejda u magħkom, ir-rappreżentanti tas-Soċjeta. Ċivili, biex naħdmu flimkien biex inkattru dan is-sens ċiviku ……..ġewwa Ħal Luqa….. li rridu ……… npoġġu flimkien l-għaqdiet kollha ta’ Ħal Luqa u l-Kunsill Lokali biex naraw kif flimkien nistgħu naħdmu biex ikollna Ħal Luqa aħjar.

Ir-rekord ta’ dawn it-tlett snin li għadhom kif għaddew jixhed waħdu li l-Kunsill immexxi minni ħadem bis-sħiħ biex jintlaħaq dan il-għan.

Umilment, infakkar li waħda mill-wegħdiet fil-manifest elettorali kienet li jkollna Kunsill minn fejn noperaw li jkun aċċessibli għal kulħadd.  B’sodisfazzjon ngħid li din il-wegħda wettaqnija u l-lum għandna wieħed mill-isbaħ Kunsilli fil-gżejjer Maltin.  Fl-istess żmien il-kunsill immexxi minni rnexxielu jġib kważi €350,000 mill-fondi ta’ EU taħt il-Programm Leader li dawn kienu fondi addizzjonali u li bbenefika minnhom il-lokal tagħna.  Barra dan ix-xogħol ħdimna tista’ tgħid fl-oqsma kollha.  Ma jfissirx li konna perfetti f’kollox imma li huwa  żgur hu li għamilna dak kollu possibli biex inħarsu l-interess tar-residenti  l-ewwel u qabel kollox.  Dan rajnieħ bir-riżultat li kellna ta’ din l-Elezzjoni tal-Kunsilli Lokali li saret fil-11 ta’ April 2015.  B’sodisfazzjon  ngħid li l-lokal tagħna kien l-unika lokal tista’ tgħid li ra żieda ta’ voti.  Dan ir-riżultat ma nkisibx b’kumbinazzjoni iżda inkiseb għax kien hemm l-armonija, l-istabbilita’ u l-kontinwita’.

Dan iddikjaraħ il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Gvern Lokali, l-Onor Dr. Owen Mifsud Bonniċi, ftit ġimgħat qabel l-elezzjoni fl-inawgurazzjoni tal-Family Park fi żona ta’ Ħal Farruġ, fejn il-Kunsill imexxi minni irrenjat l-għaqda.  Dan kollu sar għax meta ħadt il-ġurament ta’ Sindku kont ipproponejt lili  nnifsi li ridt li l-Kunsill Lokali tagħna jkun Kunsill ta’ Ħal Luqa għall-Ħalluqin.  Ridt li nqegħdu fil-ġenb dak kollu li seta’ jifridna u naħdmu flimkien fuq dak li jgħaqqadna.  Illum nieħu ġost nirrimarka li f’din il-ħaġa rnexxejna.  Konna Kunsill magħqud għax dejjem fittixna l-ġid komuni ta’ Ħal Luqa l-ewwel u qabel kollox u ta’ dan inrodd ħajr lil sħabi l-kunsilliera kollha.

Issa, għalkemm, erbgħa minn seba’ membri tal-Kunsill se jkunu Kunsilliera ġodda, jien aktar minn ċert li lkoll kemm aħna se nibqgħu  nfittxu l-ewwel u qabel kollox il-ġid komuni ta’ Ħal Luqa u Ħal Farruġ.

Dan ma jfissirx li dejjem se naqblu f’kollox u dwar kollox imma jfisser li l-boxxla li se tmexxina u tiggwida se tkun dik li ma tħarisx lejn l-interessi jew l-ambizzjonijiet personali imma l-boxxla li turi t-triq lejn l-armonija, l-istabbilita’ u l-kotinwita’ ta’ bejnietna għall-ġid tal-komunita’ Ħal Luqija kollha kemm hi.

B’hekk biss nistgħu naslu li nkomplu nagħmlu lil Ħal Luqa u Ħal Farrug l-aqwa raħal f’Malta u Għawdex.

Grazzi ,

John Schembri – SINDKU