Ħitan tas-Sejjiegħ permezz ta’ Fondi Ewropej taħt Miżura 4.4

Numru ta’ ħitan tas-sejjiegħ ġew irrestawrati u oħrajn mibnija mill-ġdid permezz ta’ Fondi taħt Miżura 4.4 tal-Fondi Ewropej. Dan il-fond li huwa parti mill-program EAFRD kien ta’ benefiċċju lill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa fejn ibbenefikajna madwar Euro 100,000 li ntużaw biex żona t’ importanza naturali tkun aktar aċċessibli għall bdiewa u dawk li jiġu jagħmlu passiġata. Iż-żoni li bbenefikaw minn dan il-proġett huma Wied Betti, Triq il-Gudja u l-akkwata ta’ Wied Betti.

Taħriġ virtwali mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa fl-okkażżjoni tal-Karnival

B’ inizjattiva mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa, flimkien mal-kumpanija Beraq ta’ Ħal Għaxaq sar taħriġ virtwali fuq kif wieħed jista jibni karru tal-Karnival fiċ-ċokon. Dawk li jsegwu dan it-taħriġ huma wkoll fiċ-ċans li jidħlu f’ kompetizzjoni billi japplikkaw fuq il-link t’ hawn taħt.

Il-Video jista jigi segwit permezz ta’ din il-link: