Gimgha wara li nghataw il-gurament il-Kunsilliera ghas 7 legislatura tal-Kunsill ta’ Hal Luqa, kien imiss skont il-ligi li jinghataw il-gurament John Schembri bhala Sindku u Denise Cutajar bhala Vici Sindku tal-lokalita. John Schembri okkupa l-kariga ta Sindku ghall Hal Luqa ghall 6 legislaturi konsekuttivi. Denise Cutajar se tkun qieghda tokkupa din il-kariga ghall ewwel darba sabiex flimkien mas-Sindku u l-Kunsilliera l-ohra jirrapprezentaw lil Hal Luqa.

Ic-cerimonja kienet introdotta mill-Kunsillier Victor Caruana bhala l-aktar kunsillier anzjan fil-Kunsill fejn huwa ghaddha d-diskors lis-Sindku u dana ha l-gurament. Wara s-Sindku saqsa lil Denise Cutajar u dina accettat l-kariga bhala Vici Sindku u nghatat l-gurament. Is-Sindku ikkonkluda din ic-cerimonja bid-diskors tieghu fejn heggeg lill-Kunsilliera biex jimxu fuq il-valuri tajba li mexxa bihom l-Kunsill precedenti. Is-Sindku semma wkoll kif huwa ha hsieb biex minn diversi inizjattivi ingiebu fondi biex permezz taghhom saru progetti differenti fosthom il-Family Park, embellishment u progetti edukattivi. Huwa ghalaq id-diskors billi rngrazzja lill dawk kollha prezenti fosthom l-ghaqdiet u r-residenti.