Diskors minn John Schembri waqt iċ-Ċerimonja tal-Ġurament ta’ Sindku tas-Seba’ Leġislatura tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa

Meta kont ħadt il-ġurament bħala Sindku tlett snin ilu kont għedtilkom li jien impenjat u determinat li naħdem flimkien ma’ sħabi l-kunsilliera kollha madwar din il-mejda u magħkom, ir-rappreżentanti tas-Soċjeta. Ċivili, biex naħdmu flimkien biex inkattru dan is-sens ċiviku ……..ġewwa Ħal Luqa….. li rridu ……… npoġġu flimkien l-għaqdiet kollha ta’ Ħal Luqa u l-Kunsill Lokali […]

Inawgurazzjoni tal-Bandli f’ Misrah iz-Zghazagh

Illum l-Erbgha 21 ta’ Dicembru 2016 fil-11.00 am, gie inawgurat il-Bandli godda li saru mill-Kunsill Lokali ta’ Hal Luqa. Dawn il-Bandli saru flok ohrajn qodma li kien hemm biex ir-residenti jkunu jistghu jkollhom aktar facilitajiet u Bandli moderni. Saret zurzieqa, playhouse, bandli ghall persuni bi bzonnijiet specjali u anki outdoor gym ghall dawk l-adulti li jridu jaghmlu ezercizzju. Saru areas godda fil-hamrija biex ikunu jistghu jsiru dawn kollha imma ma saret l-ebda hsara lil-vegetazzjoni. Dan il-progett sewa lill-Kunsill Lokali madwar Euro 100,000. L-inawgurazzjoni saret dalghodu mis-Sindku u l-Kunsilliera flimkien mal-Onor. Dr. Stefan Buontempo.